Għalliema tal-kindergarten fil-Belt ta’ New Taipei fit-Tajwan ġew akkużati li raqqdu lill-istudenti b’mediċini li jingħataw kontra s-sogħla, li fihom drogi bħall-phenobarbital u l-benzodiazepines.
Il-Pulizija ilha ġimgħat tinvestiga u s’issa għadu mhux magħruf għaliex it-tfal ingħataw mediċini bla bżonn, li jista’ jwassalhom biex jiżviluppaw dipendenzi għalihom.
Dan l-iskandlu qanqal protesti kbra mill-familji tat-tfal barra l-bini tal-gvern.
Nhar it-Tnejn li għadda, ġie żvelat każ separat ta’ prattiċi mediċi ħżiena f’belt oħra fit-tarf l-ieħor tal-gżira. Instabu erba’ tobba ħatja ta’ kondotta ħażina u użu mhux xieraq ta’ phenobarbital fuq madwar 20 tifel u tifla. Dan it-tobba ġew ordnati jissospendu l-prattika tagħhom għal sitt xhur, u ġew immultati 1.4m dollaru Tajwaniż.
Ritratt: BBC