“Lanqas biss għadha għaddiet ġurnata minn x’ħin fetaħ l-istaġun tal-kaċċa, u BirdLife Malta diġà ġabar l-ewwel tajra protetta midruba li ġiet iċċertifikata li ntlaqtet minn balal t’arma tan-nar, minn veterinarju,” qalu dan Bird Life Malta f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook.
Il-messaġġ jgħid li kmieni dalgħodu, persuna mill-pubbliku kkuntattja lil BirdLife Malta wara li sab l-għasfur, Marsh Harrier, fl-għalqa tiegħu f’Selmun.
Kien għalekk li minnufih BirdLife Malta marru fuq il-post, salvaw lit-tajra u ħaduh mal-ewwel għand veterinarju fejn ġie kkonfermat li ntlaqat minn tir. L-għasfur ġarrab ġrieħi fil-ġewnaħ il-leminija.