L-Għarb bħalissa jinsab mimli bit-tajr, hekk kif bħalissa qed issir it-tieni edizzjoni tal-Kite & Wind Festival.
F’dan it-tmiem il-ġimgħa, huma l-mijiet li qed iżuru l-inħawi pittoresk ta’ San Dimitri, sabiex ikunu huma min ta’ quddiem li jkollhom iċ-ċans li jtajru xi tajra kkulurita.
Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn u wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni mis-sit: https://www.visitgozo.com/events/international-kite-wind-festival/.