Nhar is-Sibt 7 ta’ April 2018 ġewwa Studio Solipsis, ir-Rabat fit-8pm se titnieda l-pubblikazzjoni finali ta’ TAĦŻIŻ5. L-editur għal din l-edizzjoni huwa Glen Calleja.
TAĦŻIŻ5 kien imqassam fuq numru ta’ seminars residenzjali u laqgħat oħra, li fihom ġew iġġenerati kitbiet b’esperimentazzjoni. Il-parteċipanti f’din l-edizzjoni kienu Krystle Abela, Ruth Abela, Mireille Borg, Rowena Calleja, Chris Cini, Rachelle Deguara, Angele Haber, Rachela Gauci, Gabriel Pace, u Darren Sammut.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi għal din is-serata b’xejn fejn ser tiġi mqassma wkoll il-pubblikazzjoni forma ta’ poster iddisinjata minn Lorinda Mamo. Dakinhar se titħabbar is-sejħa għal TAĦŻIŻ6. Żommu ruħkom infurmati! Id-dettalji ssibuhom fil-ħolqa tal-attività:http://www.facebook.com/events/1625615640860481.
TAĦŻIŻ huwa programm ta’ ’empowerment’ u formazzjoni ta’ tnax-il xahar li jġib flimkien żgħażagħ bi interess fil-kitba kreattiva fid-diversi forom tagħha, kemm fil-kuntest talletteratura kif ukoll f’kuntesti artistiċi interdixxiplinarji. ‘Taħżiż’ iħares b’mod ħolistiku kemm lejn il-proċess ta’ kitba kif ukoll lejn l-iżvilupp talparteċipanti. Għaldaqstant, il-programm iħares ukoll lejn il-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodotti kulturali li fil-qofol tagħhom jitolbu element ta’ kitba u l-preżentazzjoni pubblika ta’ dawn il-prodotti.
Il-programm qed isir mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università u jinkludi ‘workshops’ residenzjali intensivi, eżerċizzji ta’ kollaborazzjoni kreattiva matul issena, kif ukoll pubblikazzjoni u preżentazzjoni pubblika tax-xogħol fl-aħħar tal-programm.