L-obeżità fost it-tfal hija waħda mit-temi diskussi waqt il-Presidenza Maltija. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda linji gwida għal skejjel madwar l-Ewropa biex meta joħorġu tenders l-iskejjel, joħorġu b’rabta ma’ ikel tajjeb .
Il-linji gwida japplikaw ukoll għal dawk fl-industrija, biex jipprovdu ikel tajjeb għas-saħħa. Dawn il-linji gwida tqasmu lid-delegati Ewropej li jinsabu hawn Malta għal konferenza ta’ jumejn bħala parti mill-Presidenza Maltija.
Il-Ministru Fearne qal li 40% tat-tfal Maltin fl-iskejjel għandhom jew problema ta’ piż żejjed jew problema ta’ obeżità.
Malta tinsab fir-raba post , bil-Greċja fuq quddiem nett, fejn jidħlu l-iktar tfal obeżi mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea