Taħt il-ħamsa u għoxrin sena ta’ Gvern Nazzjonalista konna drajna bis-suċċess.
Hekk iddikjara s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli.
Taħt gvern nazzjonalista, l-ekonomija kienet staġnata. Flok surplus konna nirreġistraw defiċit wara l-ieħor. Bit-tkabbir ekonomiku kien fost l-inqas fl-unjoni ewropea.
Pajjizna kellu fost l-ogħla rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. Bil-familji Maltin u Għawdxin kienu jħallsu fost l-ogħla kontijiet tad-dawl u ilma.
Clyde Puli għamel konferenza tal-aħbarijiet sabiex jikkritika l-miżuri li ħa l-gvern fejn jidħlu l-istudenti li jitilqu kmieni mill-iskola.
Statistika tal-Eurostat ippubblikata fl-2018 turi li pajjiżna ra l-akbar progress mill-2014 ’l hawn.
Ir-rata ta’ tlieta u għoxrin punt tmienja fil-mija fl-elfejn u għaxra, niżlet għal sbatax punt seba fil-mija fl-2017.
Izda għal Clyde Puli dan huwa progress insinifikanti.
F’dagħdigħa negattiva, Clyde Puli qal li l-gvern falla fejn jidħol il-qasam tal-edukazzjoni.
Minkejja dan id-diskors negattiv, fl-aħħar snin il-Gvern ħa bosta miżuri sabiex l-istudenti ikomplu javvanzaw u ma jaqtgħu qalbhom qatt. Fost oħrajn l-istudenti issa jistgħu jagħmlu l-ezamijiet tas-Sec u l-Matsec b’xejn u fis-sajf jistgħu jattendu l-klassijiet tar-reviżjoni bla ħlas.