Taħt ġurament fil-Qorti Marco Gaffarena xehed li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali mar jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.
Iżda dan tal-aħħar ma tantx ħa gost li missieru ma kellux dokumenti marbuta mal-każ tad-Daewoo. Każ kontroversjali għall-eks Ministru John Dalli.
Din il-laqgħa kien ħadimha l-eks Ministru Joe Cassar u Marco Gaffarena qal li kien l-eks Ministru li talbhom imorru laqgħa ma’ dak li kien Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan bil-premessa li se jiddiskutu l-permess tal-pompa tal-petrol f’Ħal Qormi u fi kliem ix-xhud Busuttil qal li jekk iridu l-permess jafu x’għandhom jgħamlu. Dan meta fi kliem ix-xhud ma kellhomx id-dokumenti mitluba.
Fil-Qorti Gaffarena tkellem ukoll kif mill-Partit Nazzjonalista kienu jirċievu talbiet kontinwi għall-flus. Għaxar t’elef kull darba qal fil-Qorti taħt ġurament meta kien qed jixhed f’kawża ta’ libell li Simon Busuttil għamel kontra l-orizzont, it-Torċa u ONE NEWS.
Waqt il-kontro eżami fil-Qorti Gaffarena kien mistoqsi jikkonferma l-lokazzjoni eżatt fejn saret din l-imsemmija laqgħa, u huwa rrisponda li saret f’ uffiċju partikolari fit-tieni sular tad-Dar Ċentrali. Bl-avukat ta’ Busuttil jiddefendi billi jgħid li mhux dak l-uffiċċju tal-Kap Nazzjonalista.
Fil-qorti Gaffarena ċaħad ukoll li missierhu staqsa lill-Eks Ministru Cassar sabiex ma jibqawx jiġu ppublikati iżjed dettalji dwar l-esproprjizzjoni ta’ Strada Żekka, iżda huwa qal li missieru ltaqa biss ma Joe Cassar meta kien mitlub jwassal prodotti tal-laħam, karozza u affarijiet oħra lill-imsemmi eks-Ministru meta mitlub.