Albaniz inżamm taħt arrest wara li nqabad jipprova jsiefer għar-Renju Unit b’ dokumenti foloz.
Vebi Zerja ta’ 24 sena kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta stess meta pprova jaqbad it-tieni titjira tiegħu u l-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni indunaw li kemm l-ID card, il-liċenzja tas-sewqan u l-karta tal-assigurazzjoni tas-saħħa kienu falsifikati.
Fost l-akkużi miġjuba kontrih hemm li ffalsifika dokumenti pubbliċi u għamel użu minnhom.