Imprendituri tan-negozji żgħar u medji ser ikollhom l-opportunita’ li jofru s-servizzi tagħhom bl-użu tal-mobile. Dan hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva l-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni nediet il-kors FAST TRAK li ser joffri taħriġ lil dawn il-persuni li jixtiequ jtejbu s-servizz illi joffri n-negozju tagħhom fid-dinja virtwali.
F’Malta hawn aktar minn sitt mija u sitt elef linji tal-mobile attivi li evidentament jixhdu l-importanza li għandu dan l-apparat telefoniku f’ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin.
Tkellimna ma’ Caryl McKay li hija l-kordinatur ta’ dan il-proġett fejn spjegatilna fiex jikkonsisti t-taħriġ FASTRAK
Aħna qed noffru dan it-‘training’ b’xejn biex huma jitgħallmu iktar kif huma jistgħu jużaw ‘mobile devices’ biex jikkomunikaw mal-klijenti tagħhom b’mod aktar faċli u jippromwovu l-prodotti tagħhom.
Mistoqsija dwar kif dan it-taħriġ ser ikun qed jgħin lill-imprendituri, Caryl McKay qalet illi minbarra li n-negozju tagħhom ser jitla’ tarġa oħra fid-dinja teknoloġika, FAST TRAK ser jgħinhom f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ reklamar kif ukoll komunikazzjoni mal-klijent:
Training offrut b’xejn lill intraprendituri biex huma jkunu jistgħu faċilment jużaw ‘mobile devices’ fl-operat tagħhom u fil-‘marketing’ u meta jiħu biex jitkellmu jikkomunikaw mal-konsumaturi tagħhom.
Dan il-kors li se jibda f’Settembru u huwa twil sagħtejn qed jiġi offrut lill-imprendituri mingħajr ħlas wara li għalih ġew allokati fondi lokali li jlaħqu mal-€5,000.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni Silvio Schembri qal dawn l-inizjattivi iservu sabiex in-negozjanti jitgħallmu dwar is-saħħa tal-internet b’mod partikolari f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ reklamar bil-mobile.