Din is-sena l-Iskola l-ġdida tat-Taħriġ li twaqqfet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi giet fdata sabiex torganizza l-Iżvilupp Professjonali Kontinwu għal madwar 600 Gwida tat-Turisti li huma liċenzjati. Dan it-taħriġ sar taht il-patroncinju tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu bhala regolatur fis-settur u b’konsultazzjoni mal-Unjin Maltija għall-Gwidi tat-Turisti.
L-ewwel sessjoni li saret fl-20 ta’ Marzu ġabet flimkien 200 gwida liċenzjata tat-turisti. It-tieni sessjoni li saret fit-30 ta’ Marzu ġabet flimkien 215 gwida liċenzjata tat-turisti oħra, waqt li ttielet sessjoni mistennija ssir aktar tard din is-sena.
Dr Frank Fabri, il-General Manager tal-Iskola għat-Taħriġ tal-ITS laqgħa lill-gwidi u introduċa ssuġġetti ttrattati matul il-jum li varjaw mit-turiżmu reliġjuż, għat-turiżmu marbut mal-films, għall-arkeoloġija u l-istorja ta’ Malta. Is-Sinjuri Kevin Fsadni u Leslie Vella, Deputati CEO, taw merħba lill-parteċipanti fis-sessjoni tal20 u tat-30 ta’ Marzu rispettivemant. Huma tkellmu dwar l-importanza ta’ dan it-taħriġ b’rabta mat-tiġdid tal-liċenza tal-gwidi tat-turisti.
Huma tkellmu wkoll dwar l-importanza u r-responsabbilta’ li għandhom il-gwidi tat-turisti biex juru u jippromwovu l-ġmiel u l-valur li għandha Malta. L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ssussidjaw parti mill-ħlas għal dan it-taħriġ.
L-ITS Training School rringrazzjat lill-għaqda tal-gwidi turistiċi (MUTG) għallkoperazzjoni li sabet mingħandha biex dan it-taħriġ seta’ jsir b’suċċess.