B’ħidma konġunta bejn l-għaqda mhux governattiva Emergency Fire and Rescue Unit u Erasmus + saru eżerċizzji fuq perjodu ta’ ħames snin u inħarġu kotba żgħar għal skwadri volontarji f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.
L-iskop ewlieni ta’ dan huwa li f’każ ta’ emerġenza dawn l-iskwadri ikollhom l-istess sinerġija u b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lil xulxin f’operazzjoni ta’ salvataġġ.
ONE News mar il-Forti ta’ Dellimara biex jara l-aħħar eżerċizzju li qed isir hawn Malta bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ikomplu jgħallmu skawdri li ġew minn pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea kif jaħdmu f’każ ta’ emerġenza.
Ivan Barbara, li jagħmel parti minn din l-għaqda mhux governattiva spjega l-eżerċizzju li beda jsir.
“Flimkien hawn qed nagħmlu simulazzjoni, għandna mal-għoxrin persuna mitlufin ġo fortizza antika wara li kien hemm attività kbira, ġew evakwati n-nies u baqa’ n-nies ġewwa u l-klieb qegħdin ifitxxu lill-vittmi li seta kellna hemmhekk li ħallejna barra.”
Francisco Rocha, Spanjol li ġie hawn Malta biex jieħu sehem f’dawn l-eżerċizzji qal li mhijiex faċli jingħaqdu kollha flimkien minħabba d-differenza fil-lingwi peró għalihom hija ferm importanti li jkunu jafu kif jaġixxu f’sitwazzjonijiet perikolużi.
“Try to put the guys working in the same place. It’s not easy because 50 guys work with different language, Portughese, Spanish, Maltese, it’s a lot of languages, Greeks and it’s been fun. It’s been very important for us.”