Tmiem il-ġimgħa huwa wieħed bieżel ferm għall-ajruport internazzjonali ta’ Malta b’eluf jiddeċiedu li jmorru fuq btala barra l-pajjiż.
Dan iżid ukoll il-piż fuq l-Aviation Security Malta, entità li hija responsabbli minn aspetti importanti ta’ sigurtà fl-ajruport u li fl-aħħar xhur sar investiment kbir fit-taħriġ tal-uffiċjali tagħha.
Bħala parti mill-programm nazzjonali għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili l-Aviation Security Malta ħarġet u ċċertifikat tletin instructor li se jkunu jistgħu jagħmlu l-korsijiet lill-ħaddiema li jaħdmu fuq l-iscreening tal-bagalji u l-affarijiet kollha li jittellgħu fuq l-ajruplani li jitilqu minn pajjiżna.
Mario Bugeja, Kap ta’ din l-entità, fissrila dwar kemm id-dipartiment jiżgura li l-ħaddiema huma kollha tal-istess livell.