Għoxrin membru mis-servizz tat-tifi tan-nar tal-Ghana jinsabu f’pajjizna għal taħriġ intensiv mal-membri tal-protezzjoni ċivili. Din hija l-ewwel darba li l-protezzjoni ċivili ta’ Malta qegħda tagħti taħriġ lill-membri tal-Ghana. It-taħriġ beda matul din il-ġimgħa u mistenni jiġi fit-tmiemu nhar it-Tnejn.
Id-direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila spjega kif dan it-taħriġ qiegħed jingħata għall-ewwel darba lill-membri tat-tifi tan-nar tal-Ghana.
Fuq kollox kienet opportunita tajba għall-membri tal-protezzjoni ċivili.Il-membri tat-tifi tan-nar tal-Ghana għamlu simulazzjoni dwar l-operazzjoni li għandha isir meta trakk bil-fjuwil ikun qiegħed jaqbad.
Il-Ministru għall-intern u s-sigurta nazzjonali Michael Farrugia u l-Ministru għall-affarijiet barranin Carmelo Abela żaru d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili f’Ħal Far.
Huma u jiltaqgħu mal-membri taż-żewġ dipartimenti taż-żewġ pajjiżi, huma tkellmu dwar aktar kollaborazzjoni ta’ dan it-tip.