Rappreżentanti tal-Gvern tal-Jemen u membri mill-grupp ribelli fl-istess pajjiż, mistennija jiltaqgħu llum fl-Iżvezja biex jibdew mill-ġdid taħditiet ta’ paċi.
Dan fi sforz ieħor min-Nazzjonijiet Magħquda biex tinstab soluzzjoni għall-gwerra ċivili fil-Jemen – sitwazzjoni deskritta bħala l-agħar kriżi umanitarja ta’ żmienna, b’eluf tilfu ħajjithom, u miljuni li spiċċaw jgħixu fil-faqar u l-ġuħ.
L-aħħar taħditiet ta’ paċi kienu saru lura fl-2016. L-aħħar tentattiv ta’ taħditiet kien falla, meta f’Settembru li għadda r-ribelli naqsu milli jattendu għal-laqgħa ppjanata.
Intant, dawn it-taħditiet il-ġodda mhux mistennija li jsolvu s-soluzzjoni fil-Jemen, imma jidher li ġew organizzati biex minn tal-inqas iwaqqfu milli s-sitwazzjoni teskala għal waħda ta’ gwerra totali.