Għada, l-Erbgħa 25 ta’ Mejju fl-4.30pm, il-Prof. Mourad Yelles mill-università INALCO ta’ Pariġi, se jagħmel taħdita bl-Ingliż dwar it-tradizzjoni orali, bl-isem “Some main issues on oral tradition. Women’s urban quatrains in North Africa.”
Din l-attività, li hija miftuħa għal kulħadd, se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, u qed tiġi organizzata mid-Dipartiment tal-Malti bħala parti minn proġett dwar It-Tradizzjoni Orali.
Il-Prof. Yelles speċjalizza fil-letteratura komparata u r-riċerka tiegħu tiffoka fuq l-influwenzi ta’ letteraturi differenti fuq xulxin, il-kitbiet u t-tradizzjonijiet orali tal-Magreb, u fuq iċ-ċinema, il-mużika, u l-immaġinarji postkolonjali. Il-Prof. Yelles studja fl-Universitajiet tal-Algier, Londra (SOAS) u s-Sorbonne (Paris 3).
Hemm aktar tagħrif dwar din it-taħdita fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. https://www.facebook.com/uom.malti/