Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jattendi għal taħdita mis-Sur Mario Vassallo dwar l-osservazzjonijiet tiegħu rigward il-proporzjonijiet tal-arkitettura tat-Tempji Megalitiċi.
Is-Sur Vassallo wettaq studju bir-reqqa dwar il-proporzjonijiet tal-istrutturi Neolitiċi fil-gżejjer Maltin, partikolarment l-entraturi, imma anki l-qisien tal-ispazji interni. Dan l-istudju tefa’ aktar dawl fuq l-ammont ta’ ippjanar li kien involut fil-kostruzzjoni ta’ dawn il-binjiet u kif l-arkitettura monumentali kienet tiġi mfassla mill-kommunitajiet Neolitiċi.
Post: Ochre Hall, Ħaġar Qim and Mnajdra Temples Visitor Centre.
Ħin: 6.00pm – 7.00pm
Dħul b’xejn.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit http://www.heritagemalta.org