Fil-kapitali tal-Kazakistan, Astana, bdew taħdidiet ġodda ta’ paċi biex iwasslu għat-tmiem tal-kunflitt fis-Sirja.
Dawn il-laqgħat qed jitmexxew mir-Russja u l-Iran li qed jappoġjaw il-Gvern Sirjan u fuq in-naħa l-oħra t-Turkija li qed tirrapreżenta lir-ribelli.
Għall-ewwel darba d-delegazzjoni tal-Oppożizzjoni hija komposta minn rappreżentanti tal-gruppi armati. Dan iżda ma jfissirx tmiem il-kunflitt, bir-ribelli jgħidu li għad ma kien hemm negozjati diretti mal-Gvern Sirjan.
L-aħħar taħdidiet formali bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern kienu sospiżi fil-bidu tal-efejn u sittax, b’dawn in-negozjati kienu mmexxija mill-Ġnus Maqgħuda.
Iktar minn tlett mitt elf inqatlu bi ħdax il-miljun oħra jaħarbu mill-pajjiż minn meta beda l-kunflitt imdemmi.