Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergei Lavrov mistennija jiltaqgħu għal diskussjonijiet aktar tard f’Ġinevra fost inkwiet u t-tħassib li r-Russja se tinvadi lill-Ukrajna.
Blinken wissa lil Moska b’konsegwenzi serji jekk il-forzi Russi jaqsmu l-fruntieri.
Ir-Russja għandha mal-mitt elf truppa mal-fruntieri iżda ċaħdet li qed tippjana li tattakka.
Il-President Vladimir Putin insista li l-Ukrajna qatt ma kellha titħalla tingħaqad man-NATO.