Is-Sibt waranofsinhar, f’nofs ġurnata ta’ ħidma sfieqa, il-Prim Ministru Malti Robert Abela flimkien mal-Prim Ministri tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Estonja reħewlha lejn ristorant fil-belt ta’ Brussell biex igawdu ftit minuti mill-ġurnata u jidħattu f’ambjent għal kollox differenti mis-summit intensiv li bħalissa qegħdin jipparteċipaw fih.
Dr Abela bħalissa jinsab fi Brussell għas-summit tal-Kunsill Ewropew li fih qed jiġi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin flimkien mal-pakkett ta’ rkupru mill-pandemija.