Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Evarist Bartolo u dak tar-Russja kellhom taħdidiet permezz tat-telefon.
Iż-żewġ partijiet tkellmu dwar kif se jaħdmu iżjed flimkien biex isaħħu l-koperazzjoni bejn Malta u r-Russja.
Il-Ministru Bartolo saħaq fuq il-prinċipju tan-newtralità li tħaddan Malta u qal li pajjiżna jrid ikollu relazzjonijiet tajba anki fuq livell ekonomiku ma’ kemm jista’ jkun pajjiżi.