Hemm ħafna nies li jaħdmu fil-catering u li minkejja li għandhom l-esperjenza, forsi mhumiex akkreditati. Jiġifieri m’għandhomx iċ-ċertfikati uffiċjali li hemm bżonn biex javvanzaw fil-karriera u fil-ħajja.
Dan se jinbidel, grazzi għall-inizjattiva ‘recognition for prior learning’. Hija inizjattiva li jistgħu japplikaw għaliha anke studenti li s’issa ma kisbu l-ebda kwalifiċi.
Id-dettalji ngħataw dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-ITS, fejn kien spjegat il-kunċett li bih wieħed ikollu l-esperjenza rikonoxxuta imma jkompli jistinka biex itejjeb lilu nnifsu.
L-għan aħħari hu li jissaħħu l-karrieri fit-turiżmu f’Malta, fid-dawl tar-riżultati eċċellenti li qed jinkisbu fl-ammont ta’ turisti li qed jersqu lejn il-pajjiż.