Mara ta’ 60 sena li kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Starlet ħabtet f’vettura pparkjata bil-konsegwenza li nqalbet.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:15 ta’ wara nofsinhar f’Dawret il-Gżejjer f’San Pawl il-Baħar.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.