Somalu ta’ tnejn u tletin sena weħel xahrejn ħabsa wara li ta daqqa ta’ ponn f’wiċċ raġel ieħor wara li ma ħallaslux kafè.
Mustaf Biihi Abdi tressaq il-Qorti wara li qagħad jittallab biex xi ħadd iħallaslu kafè u wara li raġel minnhom m’għamilx dan, is-Somalu qabad juża l-vjolenza.
L-akkużat ġie mixli wkoll li kien reċediv.
L-ispettur li ressaq lis-Somalu saħaq fil-Qorti li jrid jintbagħat messaġġ ċar li f’Malta ma tirrenjax il-liġi tal-ġungla.