Mijiet ta’ barijiet u pubs se jkunu qed jingħataw tagħmir mediku speċjalizzat li jintuża għall-kura f’każijiet ta’ f’każ li persuna tweġġa’ gravi, dan b’reazzjoni għal kriminalità ta’ attakki bis-sikkina li qed tiżdied fl-Ingilterra.
Fix-xhur li ġejjin madwar 320 minn dan it-tagħmir se jkun qed jiġu pprovduti għal diversi postijiet li jibgħqu miftuħa sa tard billejl f’Londra.
Huma maħsub li din l-inizjattiva hija l-akbar tat-tip tagħha wara l-iskema pilota li saret f’Birmingham aktar kmieni din is-sena.
Il-Pulizija ta’ Londra faħħret din id-deċiżjoni anke minħabba l-livelli ta’ kriminalità vjolenti qed tiżdied. Il-Kap Supretendent, David Lawes, qal li dan it-tagħmir sempliċi jista’ jagħmel differenza kbira, partikolarment f’każijiet gravi li jekk il-persuna ma tkunx mgħejjuna fl-ewwel ftit minuti, hemm ċans kbir li titlef ħajjitha.