Ġie żvelat tagħmir ġdid, li se jkompli jtejjeb il-kapaċità tal-voluntieri tas-St John Rescue Corps biex ikunu jistgħu jipproteġu s-sigurtà tas-soċjetà. Dan l-investiment ta’ madwar €20,000 jikkonsisti f’Rapid Assembly Emergency Tents u tagħmir relatat, power generators u tagħmir ieħor għal taħriġ speċjalizzat.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia, u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Mauro Pace Parascandalo, waqt żjara għand l-istess għaqda mhux governattiva.
Dan it-tagħmir se jintuża wkoll biex jagħti taħriġ aħjar lill-voluntieri tal-għaqda biex itejbu l-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali.
Waqt iż-żjara, il-Ministru Farrugia fissret kif il-Gvern se jkompli jkun ta’ spalla għal aktar għaqdiet volontarji hekk kif mill-proġetti tagħhom tgawdi l-komunità.
Min-naħa tiegħu, Christopher Borg Cardona, Deputat Kummissarju tas-St John Rescue Corps, qal li din l-inizjattiva tirrappreżenta pass kruċjali fit-titjib tal-kapaċità tal-voluntieri li jaqdu lill-komunità b’mod aktar effettiv.
Min-naħa tiegħu, Pace Parascandalo qal li hu ta’ pjaċir li jara għaqda bħas-St John Rescue Corps tkompli tibni l-għodod li għandha bżonn biex tħarreġ il-voluntieri u tkun ta’ spalla fl-assistenza f’każ ta’ emerġenzi, speċjalment dawk delikati li jirrikjed