F’konferenza tal-aħbarijiet ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn l-Institute of Tourism Studies u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità dwar study modules li jinkludu l-aċċessibilità u l-inklużjoni.
Dawn il-lezzjonijiet se jkunu qed jibdew jingħataw lill-istudenti bil-għan li jingħata servizz aħjar lit-turisti li jżuru lil pajjiżna.
L-għalliem li se jkun qed jgħallem dan il-module huwa persuna b’diżabilità fejn dan qed ikun meqjus bħala vantaġġ minħabba l-għarfien li għandu marbut mas-suġġett.