Ukrena ta’ 35 sena ndarbet gravi f’wiċċha wara li allegatament sfat aggredita fil-ħanut tas-sbuħija tagħha li jinsab fi Triq it-Tamar f’San Paw il-Baħar.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li l-każ seħħ kmieni l-Erbgħa filgħodu meta allegatament il-vittma, Anastasiya Rallo, ġiet attakkata minn ġara tagħha waqt argument li seħħ fil-ħanut tagħha.
Il-vittma tellgħet ritratt ta’ wiċċha fuq il-profil tagħha ta’ Facebook.
Fir-ritratt il-mara tidher b’wiċċha miksi bid-demm u b’farrett fuq moħħha. Dwar il-każ il-pulizija qed tkellem mara Maltija u mhux eskluż li titressaq il-qorti mixlija li darbet lil Ukrena. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.