Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-premji ta’ anzjanitá attiva. L-għan ta’ dan il-premju huwa li jispira lin-nies tal-kommunitá biex ikomplu jgħixu u jkunu attivi. Il-pubbliku jista’ jinnomina anzjani għal dan il-premju bejn is-6 u 27 ta’ Settembru.
Il-membru Parlamentari Justyne Caruana, spjegat li grazzi għall-avvanzi li qed isiru f’diversi ambiti l-anzjani attivi fil-kommunitá qed jiżdiedu. Hija fissret kif l-anzjani fil-kommunitá tagħna, qed ikunu katalisti għall-avvanzi oħra permezz tal-esperjenza li għandhom fil-valuri tal-ħajja. Hija appellat biex il-pubbliku jirrikonoxxi aktar il-ħidma tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva fissret kif Malta ġiet ikklassifikata fit-tielet post fil-parteċipazzjoni tal-anzjani fuq il-midja soċjali. Dan riżultat tal-inizjattiva innovattiva li ħa dan il-Gvern li introduċa kurrikulu akkademiku fid-day centres biex l-anzjani jirrelataw mal-bqija tas-soċjeta’.