L Assoċjazzjoni Taekwondo Malta kisbet riżultati sbieħ fil-kompetizzjoni ta’ Taekwondo Europe għan-Nazzjonijiet iż-Zgħar f’San Marino.
L’atleti, Michela Scerri, Alycia Cassar u Mamadou Baldeh rebħu kontra Monaco, Lussemburgu u Ċipru biex b’hekk rebħu midalja tal-bronż. Nathan Degiorgio kiseb midalja tal-fidda fil-ġlieda tiegħu kontra San Marino.
L-atleti kienu akkumpanjati mill-coach nazzjonali Ditmir Vodinaj u l-president Anna Vassallo.
Wara dan l-impenn f’San Marino, l-atleti se jkomplu bit-tħejjijiet tagħhom għall-kompetizzjoni ewropeja li se ssir f’Malta f’Novembru li ġej.