Suċċess għall-klabb lokali Iron Taekwondo League fil-Lot et Garonne Challenge Cup fi Franza. Il-klabb malti rebaħ ħames midalji tad-deheb, tnejn tal-fidda u tlieta tal-bronż. It-tournament kien it-tieni wieħed din is-sena wara l-Open de Liege fi Frar li għadda.
L-atleta Gianluca Barbara ikkompeta fil-kategorija tal-Masters tat-80 kg u rebaħ it-tielet midalja tad-deheb internazzjonali konsekuttiva.
Midalji oħra tad-deheb intrebħu mill-atleti Kieran Vella, Ella Schembri, Dwayne Micallef, u Emma Lautier.
Luca Falzon u Tyas Mifsud Calleja rebħu midalja tal-fidda, filwaqt li Eva Mifsud Calleja, Merobika Abdela u Dailen Barbara rebħu midalja tal-bronz.
Firayaad Abdela, Zach Zammit u Oliver Gatt kisbu suċċess bir-rebħa tagħhom waqt l-R18 match. Luca, Tyas, Eva, Merobika, Firayaad, Oliver, Dailen u Zach issa rreġistraw l-ewwel dehra tagħhom barra minn xtutna.
Photo Credit: Nicholas Dumoulin & Iron Taekwondo Leage