Bejn il-Ġimgħa 25 u t-Tnejn 28 ta’ Novembru Malta se tkun qed tospita il-Kampjonat Ewropew tat-Taekwando għall-Kadetti. Din hija l-ewwel darba li pajjiżna se jkun qed jilqa’ avveniment internazzjonali tat-Taekwando ta’ dan il-livell u li se jsir fil-Kumpless Sportiv tal-iSkola Nazzjonali tal-iSports.
Dan il-kampjonat se jkun organizzat b’kollaborazzjoni bejn il-European Taekwando Union u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Taekwando.
Il-kompetizzjonijiet il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd se jkunu bejn id-9 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija, filwaqt li t-Tnejn bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija. Għal dan il-kampjonat se jieħdu sehem l-aqwa atleti żgħażagħ fid-dixxiplina tat-Taekwando fl-Ewropa u għalih irreġistraw madwar minn 600 atleta li se jkunu ġejjien minn 42 pajjiż ewropew. Magħhom se jkun hawn ukoll mat-300 uffiċjali u kowċies.