Iċ-chairman tal-bord tad-diretturi tal-bank BOV, John Cassar White, informa lill-Gvern, bħala shareholder ewlieni, li mhux se jkompli jservi fuq il-bord wara li jiskadilu t-terminu nhar is-16 ta’ Diċembru.
Il-Gvern innomina lil Taddeo Scerri bħala chairman u lill-Anita Mangion bħala direttriċi tal-bord għall-perjodu ta’ sena mis-16 ta’ Diċembru.