Fis-sena skolastika 2017/2018 se jkunu 4,432 student ġdid tar-Raba’ sena li se jkunu qed igawdu mill-inizjattiva one tablet per child.
Ma dawn hemm 4,387 tablet li kienu tqassmu s-sena l-oħra biex b’hekk dawn se jkunu qed jagħmlu użu minnhom ukoll għal din is-sena skolastika 2017/2018 waqt li jkunu fil-Ħames sena.
Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament meta l-Minsitru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ġie mistoqsi dwar in-numru ta’ studenti li qed igawdu mill-inizjattiva one tablet per child matul is-sena skolastika 2017-2018.
Apparti minn hekk il-Ministru spjega kif kienu 511-il għalliem u LSA li ngħataw taħriġ matul is-sajf 2017 rigward din l-inizjattiva.