Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ li qed isir fi Gliwice fil-Polonja, intemmu l-logħob ta’ klassifikazzjoni tat-timijiet.
It-tim maskili magħmul minn Conrad Puli, Luke Bonello u Luke Fenech temm fil-35 pożizzjoni wara li għelbu lill-Kosovo 3-1.
It-tim femminili magħmul minn Anthea Cutajar, Rachel Mifsud u Sabine Darmanin tilfu l-logħba kontra l-Finlandja 3-1 sabiex temmew fis-37 pożizzjoni, l-istess kif għamlu t-tim tal-Cadets Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Sebastian Farrin Thorne u Matthew Zammit li sofrew telfa bl-istess skor kontra l-Latvja.
Illum jibdew kompetizzjonijiet oħra singles u doubles bit-tama li l-plejers Maltin jiksbu riżultati pożittivi.