Ghada t-Tnejn 9 ta’ Jannar jibda l-istaġun tat-table tennis lokali bl-ewwel ġurnata tal-kampjonat li se ssir fil-Padiljun tal-Universita’ f’Tal-Qroqq.
Din is-sena l-Malta Table Tennis Association se tkun qed tiċċelebra s-70 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni t-tim li jispiċċa champion għal din is-sena se jieħu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali organizzata mill-European Table Tennis Union, li hi ekwivalenti għal UEFA Europa Conference League.
Sadanittant fl-ewwel diviżjoni se jieħdu sehem disa’ timijiet filwaqt li fit-tieni diviżjoni hemm għaxar timijiet. Fit-tielet diviżjoni se jipparteċipaw disa’ timijiet bir-raba’ diviżjoni li hu magħmul minn 12-il tim.
Kull tim jilgħab kontra xulxin fl-ewwel round sabiex imbagħad fit-tieni fażi jinqasmu fi promotion u relegation pool.
Il-kampjonat jintemm fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.