Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis organizzat b’suċċess is-serata ta’ premjazzjoni li saret fil-Magazzino Hall fil-Valletta Cruise Port. F’dan l-avveniment ingħataw it-trofej u anke rikonoxximenti speċjali f’għeluq is-70 sena ta’ din l-assoċjazzjoni li bdiet lura għas-sena 1953.
Għal din is-serata attendew l-ogħla uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll diversi plejers u coaches ta’ dan l-isport.
Saru wkoll diskorsi mis-segretarju ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Kevin Azzopardi, il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis Liam Mangion, is-segretarju ġenerali ta’ din l-assoċjazzjoni Johanna Grech u s-shadow minister għall-oppożizzjoni Graham Bencini.
F’din l-okkażjoni, il-president tal-Malta Table Tennis Association Liam Mangion ippreżenta t-trofej kommemorattivi f’għeluq is-70 sena lis-sitt akkademji u dawn huma HiTT Malta Table Tennis Academy (Mario Genovese), Sharp Shot Table Tennis Academy (David Pace), Top Spin Table Tennis Academy (Edward Baldacchino), PBC Table Tennis Academy (Peter Borg Cardona), Malta Table Tennis Klabb (Katia Mifsud) u Malta International Table Tennis Centre (Johanna Grech).
Fil-kategorija tal-Irġiel, dawn kienu r-rebbieħa:
Gabriel Grixti (Champion 2021/22)
Andrew Gambina (Champion 2020/21, Runner Up 2018/19 u 2021/22)
Daniel Bajada (Champion 2017/18 , 2018/19, u Runner Up 2020/21)
Edward Baldacchino (Runner Up 2017/18)
Min-naħa l-oħra, dawn kienu r-rebbieħa fil-kategorija femminili:
Anthea Cutajar (Champion 2018/19, 2020/21u 2021/22,)
Jessica Pace (Champion 2017/18 u Runner Up 2020/21 u 2021/22)
Ingħataw ukoll premjijiet speċjali lil Samuel Borg rebbieħ tal-midalja tad-deheb waqt l-Olimpijadi Speċjali li saru f’Malta, Luke Bonello rebbieħ ta’ tliet midalji tad-deheb waqt il-COJI 2022 u Adrian Casha, l-ewwel Malti li pparteċipa fil-Kampjonati Mondjali tal-Parkinson’s Table Tennis.
Kien hemm ukoll il-premjazzjoni tal-Legends Awards lil Martin Cini, Alex Anastasi, Joe Borg Cardona, Mario Genovese, Edward Baldacchino u Johanna Grech.
Ingħata wkoll rikonoxximent b’unur imsejjaħ lil Dorianne Magri, Ryan Tabone, Francis Scerri u Noel Schembri b’Mario Dimech u Alan Alden jiksbu rikonoxximent ieħor fl-All Time International Referees Award.
Kien hemm rikonoxximent speċjali lil Victoria Lucenkova u Anna Calleja bl-unuri finali, dak tal-President’s Awards imur għand Mark Grech, Joe Borg Cardona, Alex Anastasi u Arthur Rossi.