Iż-żewġ plejers żgħażagħ tat-table tennis Danny Scicluna u Julia Bonnici jinsabu f’Bardonecchia viċin Turin sabiex jirrappreżentaw lil Malta f’żewġ tournaments internazzjonali u dawn huma l–International Transalpine Trophy u t-Tazza tal-Mediterran.
Il-kowċ ta’ esperjenza Mario Genovese qed jakkumpanja lil Scicluna u Bonnici. Dawn tal-aħħar ilhom jippreparaw għal dan l-avveniment għal dawn l-aħħar ġimgħat sabiex ikollhom wirjiet tajbin.
Sadanittant it-Transalpine Trophy waslet fit-32 edizzjoni tagħha filwaqt li t-Tazza tal-Mediterran se tkun qed tiġi organizzata għat-tielet darba fejn fihom jieħdu sehem pajjiżi bħall-Albanija, il-Libanu, il-Kosovo, Spanja, l-Ungerija, it-Tuneżija, San Marino u diversi reġjuni Taljani.