It-Tnejn li għadda kompla l-logħob tat-table tennis fejn saru l-kampjonati taż-żgħażagħ.
Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena tas-subien, Matthew Zammit spiċċa fuq quddiem segwit minn Neil Incorvaja.
Fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena, Conrad Puli spiċċa rebbieħ b’Neil Incorvaja li kien runner-up. Puli kien ukoll rebbieħ fil-kategorija tad-doubles ma’ Luke Bonello, b’Incorvaja li reġa’ spiċċa fit-tieni post flimkien ma’ Sebastien Farrin Thorne.
Finalment kien hemm ukoll logħob għaż-żgħażagħ ta’ taħt il-21 sena fejn fis-subien, Conrad Puli kompla jikkonferma s-supremazija tiegħu meta rebaħ ukoll din il-kategorija segwit minn Luke Bonello.
Fin-nisa, Rachel Mifsud spiċċat rebbieħa quddiem Anthea Cutajar.