Il-klabb tas-subbuteo ta’ Bormla wasal sal-finali tal-Grand Prix ta’ Messina. F’finali qrib ħafna tilef kontra Barcelona 1-2. Sabiex wasal sal-finali Bormla rebħu grupp 1 bħala seed Nru 3 fil-klassifika tat-timijiet tad-Dinja bħala l-uniku tim barrani minn 13-il parteċipant Taljan ieħor.
Rebha ta’ 3-0 kontra Cosenza B u rebħa ta’ 3-1 kontra Catania u telfa ta’ 1-2 kontra Messina rawhom jirbħu l-grupp u direttament għas-semi finali fejn iltaqgħu ma’ Reggio Calabria u kisbu rebħa ta’ 3-0 u passaġġ sal-finali.
Huma ħadu midalja tal-Fidda u podju ieħor importanti. It-team kien kompost minn Jason Pisani , George Ebejer , John Zammit , Josef Camilleri u Thomas Ebejer .
Is-Sibt fl-Individwali, Thomas Ebejer kien fi klassi għalih meta rebaħ il-kategorija U20 …u Jason Pisani ddomina l-kategorija Veterani f’rebħa fil-finali 3-2 kontra Torano fil-ħin barrani b’John Zammit jasal sas-semi finali.
U fl-Open George Ebejer wasal sas-semi finali. Fl-Open tilef biss mar -rebbieħ Sciacca.
Dan it-tournament ġie finanzjat bl-għajnuna ta’ skema internazzjonali minn SportMalta. Bormla SC jixtiequ jirringrazzjaw lil VisitMalta Explore More , Fondazzjoni Kottonera , Ecjs, Euro club Hotel , Mykonos by Yiamas , Cospicua Dynamos Bormla Subbuteo Club se jikkompetu fil-Major ta ‘ Ateni l-Greċja fi tmiem Ġunju u f’Ludwisburg Ġermanja għall-Grand Prix f’nofs Lulju.