Valletta Subbuteo Club kisbu double storika hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet issiġilaw l-20 titlu nazzjonali kif ukoll rebħu n-Knock Out.
Il-beltin għelbu lill-eqreb rivali Bormla 3-1 fl-ewwel rawnd, sabiex fit-tieni rawnd, dro ta’ 1-1 kien biżżejjed biex il-Beltin jirbħu l-20 titlu fis-storja tal-club.
Bormla Subbuteo Club, minkejja l-isfida denja tagħhom, temmew il-kampjonat fit-tieni post filwaqt li Ħ’Attard Subbuteo Club
spiċċaw fit-tielet post.
Fil-finali tan-Knock Out, Valletta għelbu lil Bormla 2-0 f’partita mill-isbaħ sabiex aċċertaw mid-double.
L-appuntent maġġuri għall-aleti Maltin issa jkun it-tieni rawnd tal-kampjonati individwali fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
Il-Maltin ukoll iħejju ruhom għal Major ta’ Mallorca fi tmiem ix-xahar id-dieħel.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti maltin tkompli tkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.


