Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sar il-Major ta’ Pariġi tat-table football fejn spikkaw prestazzjonijiet ta’ diversi plejers Maltin.
Fil-kategorija Open, Samuel Bartolo wasal sas-semifinali wara rebħiet fuq Fabrizio Fedele u Pascal Scheen iżda kien eliminat mill-eventwalment rebbieħ tal-kompetizzjoni, Carlos Flores.
Jurgen Balzan, Derek Conti, Mark Gauci u Jean Tabone irnexxielom jgħaddu mill-grupp iżda kienu eliminati fil-fażi tal-aħħar 32. Isaac Sam Camilleri kien eliminat fil-fażi tal-gruppi.
Fil-kategorija Veterani, Charlie Aquilina irnexxielu jikseb riżultat iehor prestiġjuż wara li wasal sal-finali. Aquilina għeleb lil Sebastien Rochez fis-semifinali iżda tilef il-finali kontrq Gianfranco Calonico.
Joseph Mifsud u Jason Pisani waslu sal-aħħar 16 ta’ din il-kompetizzjoni, filwaqt li John Zammit wasal sal-aħħar 32. Emanuel Camilleri kien eliminat fil-fażi tal-gruppi.
Fil-kategorija tat-timijiet, rebbieħ Malti hekk kif Fiamme Azzurre ta’ Joseph Mifsud għelbu lill-Eagles Napoli 3-1 fil-finali. Valletta SC u Bormla SC waslu sal-kwartifinali wara li rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom. ST Stembert ta’ John Zammit waslu sal-aħħar 16 filwaqt li Langton Green SC ta’ Emanuel u Isaac Sam Camilleri kienu eliminati fil-fazi tal-gruppi.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.