Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, sar il-Guerin ta’ Reggio Calabria ġewwa l-Italja fejn Spencer Conti kiseb żewġ midalji tal-bronż.
Fil-kategorija individwali, Conti wasal sas-semifinali b’ ħames rebħiet infila iżda kien megħlub minn Nicolo Colossi bl-iskor ta’ 2-1 wara l-ħin barrani.
Fil-kategoroija tat-timijiet, Conti u Reggio Calabria SC rebħu l-grupp tagħhom u waslu sas-semifinali iżda kienu megħluba mill-qawwa ta’ Barcellona CT.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.