Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-ewwel ‘International Open’ ta’ Malta għas-sena 2025 tat-table football.
Samuel Bartolo rebaħ il-kategorija Open wara li għeleb lil Mark Gauci fil-finali 2-1 f’partita movimentata. Is-semifinalisti kienu John Zammit u Bessim Golger.
Adrian Bonnici rebaħ il-kategorija tal-Veterani wara li fil-finali għeleb lil John Zammit 3-2 wara l-ħin barrani f’partita mill-isbaħ. Is-semifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni kienu Joseph Mifsud u Charlie Aquilina.
Fil-kategorija tat-timijiet, Bormla SC ħargu rebbieħa wara li għelbu lil Valletta SC 2-1. Valletta Lions TFC spiċċaw fit-tielet post.
L-appuntament maġġuri li jmiss għall atleti Maltin isds jkun il-‘major’ ta’ Mons ġewwa l-Belġju fi’ tmiem din il-ġimgħa, liema vjaġġar ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

