Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intlagħab it-tieni rawnd tal-Kampjonat Taljan tat-table football fejn ħadu sehem diversi atleti Maltin.
Fis-Serie A, Patrick Pace u Jamie Bonnici kienu strumentali sabiex għenu lil SS Lazio TFC jilħqu t-tragward tas-salvazzjoni fl-għola diviżjoni.
Fis-Serie B, Mario Camilleri u Messina kellhom tieni round ferm pożittiv hekk kif temmew fit-tmien post tas-Serie B u telfu diversi punti lil timijiet maġġuri.
Fis-Serie C, Melvin Barun u Siracusa kellhom staġun mill-aqwa hekk kif in-neo promossi irnexxielhom jiksbu ir-raba post.
Ukoll fis-Serie C, iż-żgħażugħ ta’ 16-il sena Jayden Bonnici kellu staġun posittiv ma’ Palermo hekk kif għenom jiksbu s-sitt post.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin ikompli tkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

