Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar il-Grand Prix ta’ Reggio Emilia tat-table football fejn ikkompetew diversi plejers Maltin.
Josef Camilleri, Spencer Conti u Jean Tabone rebħu l-gruppi rispettivi tagħhom filwaqt li Georbe Ebejer avvanza bit-tieni post.
Fil-fażi eliminatorja, iltaqaw Ebejer u Tabone, fejn dan tal-aħħar ħareġ rebbieħ wara l-ħin barrani biex jaċċerta ruħu minn post fil kwartifonali. Camilleri ukoll ikkwalifika għall-kwartifinali iżda Conto kien elimonat f’din il fażi.
Fil kwartifinali, Josef Camilleri kien megħlub minn Sebastien Scheen u Jean Tabone tilef kontra Ferdinando Gasparini.
Fil-kategorija tat-timijiet, Bormla Subbuteo Club ikkwalifikaw mill-grupp bit-tieni post u avvanzaw sal-kwartifinali fejn kienu megħluba minn Salernitana.
Il-vjaġġar tal-atleti Maltin ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.