Mario Camilleri huwa ċ-Champion tad-Dinja tal-Veterani hekk kif rebaħ il-finali tal-Kampjonati tat-Table Football li saret fi tmiem il-ġimgħa fl-Ingilterra. Fil-finali Camilleri għeleb lill-grieg Antonios Kastellanos bl-iskor ta’ 3-2 wara shoot out. Dan hekk kif il-logħba kienet intemmet fi draw ta’ 1-1 .
Intant George Ebejer sar iċ-Champion tad-Dinja tal-kategorija Flats. Dan wara li fil-finali, fl-istess kampjonati tad-dinja, għeleb lil Dave Cullett bliskor ta’ 2-1. Sakemm wasal sal-finali, Ebejer rebaħ il-logob kollu tiegħu mingħajr ma sofra goals u dak tal-finali kien l-uniku goal li sofra fit-turnament.
Intant Malta kienet qed timmira li tirbaħ titlu ieħor, dak tal-Kategorija Open, iżda sfortunatament it-team malti irnexxielu jasal sas-semifianli meta tilef konytra l-Belġju bl-iskor ta’ 2-1.


