It-team nazzjonali malti tal-Veterani rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja tat-Table Football li kien qed isir f’Ruma fi tmiem il-ġimgħa. It-team malti kien kompost mill-plejers Charlie Aquilina, Massimo Cremona, Jason Pisani, John Żammit, Adrian Bonnici u Mario Camilleri.
Sodisfazzjon ukoll f’kategoriji oħra f’dan l-istess kampjonat.
Jason Pisani rebaħ il-midalja tal-fidda fil-kategorija Individwali tal-Veterani.
Midalja tal-fidda oħra ġiet mirbuħa minn Jamie Bonnici fil-kategorija U20.
Malta rebħet ukoll żewġ midalji tal-bronż. Waħda fl-Open tat-timijiet permezz tal-plejers Samuel Bartolo, Jean Carl Tabone, Mark Gauci, Joseph Borġ Bonaci, Jurgen Balzan, Jamie Bonnici u Derek Conti.
Il-midalja tal-bronż l-oħra waslet fil-kategorija tat-timijiet U16 bil-plejers Thomas Ebejer, Jayden Bonnici, Robert Farrugia Randon u Jeshua Bonnici.