Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-International Open ta’ Napoli fejn kellna plejer Malti fuq il-podju.
Joseph Mifsud kellu turnew eċċezjonali mat-tim tiegħu, Fiamme Azzure. Iċ-Ċhampions tal-Italja rnexxielhom jaslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni b’rebħa konvinċenti fuq Salernitana fis-semifinali iżda fil-finali tilfu kontra t-tim ta’ Napoli Fighters.
Fil-kategorija individwali, Josef Camilleri u George Ebejer irnexxielhom jaslu mal-aħħar 32 iżda Joseph Mifsud kien eliminat fil-fażi tal-gruppi.
Il-vjaġġar tal-atleti Maltin ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.