F’April ġie organizzat it-turnew tal-FISTF International Golden Grand Prix ta’ Mechelen fil-Belġju. Fil-kategorija tal-Veterani, kien Jason Pisani li ħareġ rebbieħ, b’sensiela ta riżultati tajbin. Fil-fażi tal-gruppi, huwa għeleb lil Marco De Bruin tal-Olanda 5-0, Bruno Goset tal-Belġju 2-0 u lil Jean Pierre Genart tal-Belgġju 1-0.
B’hekk, Jason rebaħ il-grupp u avvanza għall-fażi tan-Knock Out. Fl-ahhar 16, Jason għeleb lill-kompatriott Frank Chetcuti Dimech 3-1, fil-kwarti tal-finali lil Benoit Massart tal-Belġju 2-1 u fis- semi finali lil Pascal Scheen tal-Belġju 3-1.
Il-finali kienet ukoll kontra plejer belgjan u f’loghba bilanċjata u kumbattuta, Jason Pisani rebaħ b’gowl uniku, skurjat fl-ewwel minuti tal-logħba.
Dan ir-riżultat jawgura tajjeb għall-kompetizzjonijiet li jmiss, kif ukoll għall-Kampjonati Ewropej, li se jsiru f’Ġibilta f’Settembru li ġej.
F’dan il-Golden Grand Prix, kien hemm ukoll il-kompetizzjoni tat-timijiet, fejn Bormla Subbuteo Club waslu sal-finali u tilfu 2-1 kontra it-tim Franciz ta’ FTC Caen.
It-tim bormliż kien kompost mill-plejers Mauro Camilleri, Jason Pisani, Bessim Golger, Pierre De Leeuw u Stelios Tsangouris.