Wara żewg finali konsekuttivi fl-2022 u 2023, fejn spiċċa d-darbtejn fuq in naħa tat telliefa, din is-sena, il-plejer ta Ħ’Attard Subbuteo Club Robert Farrugia Randon, irnexxielu jispicca fl-ewwel post fil-kategorija tal-U16 ta’ dan it-turnew maġġuri li sar fi Frameries l-Belġju.
Farrugia Randon ikkwalifika bit-tieni post fil-grupp tiegħu permezz ta’ tliet rebħiet, draw u telfa waħda li giet kontra l-plejer numru wieħed fil-kategorija tal U16, Louis Soret.
Imbghad rebaħ il-kwarti tal-finali 4-3 fil-ħin barrani, s-semi finali 7-1 u fl-aħħar fil-finali patta għat-telfa fil-fażi tal-gruppi, meta rebaħ 5-1 kontra l istess Soret.
Ħ’Attard SC kienu wkoll qed jikkompetu fil-kategorija tat-timijiet, fejn it-tim kompost min Robert u Stanley Farrugia Randon, Valentino Zamara u Mario Fleri Soler, irnexxielhom jaslu sal-kwarti tal-finali fit-tazza tal-konsolazzjoni.
Stanley Farrugia Randon avvanza wkoll sal-fażi tal-kwarti tal-finali fit-tazza tal konsolazzjoni tal-kategorija Open.